gts
Global Translation Solutions
GTS ilha tipprovdi servizzi tal-lingwa ta’ livell għoli minn Jannar tal-2004. Mill-inkorporazzjoni tagħna, aħna ilna nipprovdu servizzi tat-traduzzjoni, ta’ interpretazzjoni, servizzi oħra tal-lingwa professjonali u ta’ livell għoli oħra lil klijenti madwar id-dinja mill-inkorporazzjoni tagħna.
Sa mill-bidu, mill-bażi tagħna f’Malta u permezz tan-network dejjem jikber ta’ professjonisti u fornituri tas-servizzi tal-lingwa li huma mifruxin madwar id-dinja, aħna żviluppajna ċiklu tat-traduzzjoni ċċertifikat permezz tal-ISO 9001:2015 u tal-ISO 17100:2015, u ttraduċejna aktar minn 62 miljun kelma f’aktar minn 200 kombinazzjoni lingwistika differenti. Għandna network ta’ kollaborazzjoni estensiv ma’ fornituri tas-servizzi tal-lingwa ewlenin mifruxin madwar l-Ewropa u l-Amerika ta’ Fuq, u għandna wkoll bażi ta’aktar minn 800 tradutturi attivi li huma kollha gradwati u li jaħdmu bil-lingwa maternal tagħhom.
GTS kburija li hija membru u tagħmel parti mill-Association of Translation Companies (ATC), l-American Translators’ Association (ATA), il-Globalization and Localization Association (GALA) u l-European Language Industry Association (ELIA).

Aħna Noffru
TRADUZZJONI
INTERPRETAZZJONI
QARI TAL-PROVI
SERVIZZI F’SETTURI SPEĊJALIZZATI
Aħna nipprovdu wkoll servizzi tal-lingwa professjonali f’diversi setturi speċjalizzati, inkluż proċedimenti legali u tal-qorti, is-setturi tal-farmaċewtika, tal-mediċina, tat-tbaħħir u tal-avjazzjoni, tal-proprjetà intellettwali, tas-servizzi bankarji u finanzjarji, tad-dokumentazzjoni tal-proprjetà immobbli u tal-logħob online. Aħna nispeċjalizzaw ukoll f’servizzi tat-traduzzjoni ta’ siti web u ta’ lokalizzazzjoni.
IL-FEEDBACK TAL-KLIJENTI TAGĦNA
Nirċievu ta’ spiss feedback pożittiv mingħand il-klijenti lokali u internazzjonali tagħna li jqisu s-servizzi tagħna kosteffikaċi kemm bil-mod ta’ kif immexxu l-proġetti kif ukoll mill-approċċ flessibbli li bih nittrattaw il-proġetti lingwistiċi, b’tali mod li nagħtu prijorità assoluta lill-ħtiġijiet tal-klijenti tagħna, fuq kull ħaġa oħra, irrispettivament mill-kobor u l-volum tal-proġett partikolari.