Traduzzjonijiet tal-Korporazzjonijiet u tan-Negozju

Aħna nipprovdu soluzzjonijiet ta’ traduzzjoni magħmulin apposta għall-korporazzjonijiet u n-negozji, imfassla għal kull klijent u li jkopru kollox minn traduzzjonijiet ta’ dokumenti f’diversi lingwi għal ftehimiet tan-negozju u stqarrijiet għall-istampa. It-tradutturi tagħna huma kkwalifikati ħafna u għandhom għarfien speċjalizzat f’firxa wiesgħa ta’ setturi fl-industrija.

Il-benefiċċji li tuża GTS għat-traduzzjonijiet tal-korporazzjonijiet u tan-negozju tiegħek jinkludu komunikazzjoni aħjar mal-imsieħba internazzjonali tiegħek u l-eliminazzjoni tal-ambigwità fi kwalunkwe materjal miktub. Aħna nistgħu noffrulek traduzzjonijiet ta’ kwalità għolja, kompetenza fl-oqsma tekniċi u tradutturi flessibbli li jistgħu jadattaw ruħhom għall-perjodi ta’ żmien u l-flussi tax-xogħol tiegħek.

Liema dokumenti Korporattivi u ta’ Negozju jistgħu jiġu tradotti?

Ftehimiet tan-Negozju

Dan jinkludi kuntratti legali, ftehimiet tal-frankiġji, kundizzjonijiet ġenerali tal-bejgħ, politiki tal-kumpanija u linji gwida tal-kumpanija.

 

Stqarrijiet għall-Istampa

Aħna naċċertaw li l-messaġġi ewlenin tiegħek jintlaqgħu mill-udjenza tiegħek fi kwalunkwe lingwa. Aħna niggarantixxu traduzzjonijiet eżatti u ħinijiet ta’ pproċessar u veloċi sabiex nilħqu l-iskadenzi tiegħek.

Fuljetti tan-Negozju

It-timijiet linwistiċi ta’ GTS għandhom esperjenza sostanzjali fil-qasam u jistgħu jiżguraw li flimkien mal-informazzjoni, it-ton u l-istil tal-fuljett, il-kontenut jiġi tradott fil-lingwa tal-klijenti li huma fil-mira tiegħek.

mtmt>en

We use cookies and may also make use of your personal data in order to enhance your experience. By using this site you agree to our Privacy Policy. Please take the necessary time to read and understand its contents. More Info

The cookie settings on this website are set to "allow cookies" to give you the best browsing experience possible. If you continue to use this website without changing your cookie settings or you click "Accept" below then you are consenting to this.

Close