Traduzzjonijiet Mediċi u Farmaċewtiċi

It-traduzzjonijiet mediċi jistgħu jkunu kumplessi u jirrikjedu approċċ iktar fil-fond milli sempliċi traduzzjoni kelma b’kelma. It-tradutturi għandu bżonn ikollhom esperjenza diretta tas-setturi mediċi sabiex ikunu jistgħu jipprovdu traduzzjonijiet mediċi li huma eżatti, mingħajr difetti u mingħajr żbalji.

Għaldaqstant, it-tradutturi mediċi kollha tagħna mhumiex biss kelliema nattivi tal-lingwa mira tiegħek, iżda għandhom ukoll esperjenza fil-prattika fis-settur speċifiku mediku tiegħek. Bl-istess mod li inti tmur biss għand kardjologu għal problema tal-qalb, inti trid tikkomunika ma’ traduttur mediku speċjalista għad-dokumenti mediċi importanti, sensittivi u kunfidenzjali tiegħek.

Liema dokumenti Mediċi u Farmaċewtiċi jistgħu jiġu tradotti?

Dokumentazzjoni tal-Provi Mediċi

Il-provi u l-iżviluppi mediċi innovattivi jseħħu l-ħin kollu madwar id-dinja. Is-servizzi tat-traduzzjoni huma essenzjali sabiex jiġu kondiviżi d-dettalji tal-avvanzi tiegħek ma’ udjenzi internazzjonali.

Rapporti/Fajls tal-Pazjenti

Ir-rapporti tal-pazjenti fihom informazzjoni importanti dwar is-saħħa u l-benesseri ta’ pazjenti individwali li għandhom jitwasslu bi preċiżjoni kbira.

Linji Gwida tat-Trattamenti

Aħna nipprovdu traduzzjonijiet eżatti 100% tal-linji gwida tat-trattamenti sabiex ngħinu fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet min-naħa tat-tobba u persunal mediku ieħor.

Rekords Mediċi

Inti tista’ tafda t-tradutturi mediċi kkwalifikati tagħna sabiex jamministraw id-dokumentazzjoni medika kunfidenzjali kollha tiegħek. L-esperjenza profonda tagħna fit-traduzzjonijiet mediċi hija imprezzabbli għalik waqt dan il-proċess.

Protokolli Kliniċi

Aħna nipprovdu servizzi tat-traduzzjoni ta’ protokolli kliniċi lil kumpaniji farmaċewtiċi u tal-bijoteknoloġija u lil organizzazzjonijiet ta’ riċerka involuti fi provi kliniċi għall-approvazzjoni ta’ terapewtiċi ġodda.

Dokumenti ta’ Rilaxx mill-Isptar

Ir-rapporti ta’ rilaxx spiss jinkitbu minn tobba li jeżaminaw, bl-użu ta’ frammenti ta’ sentenzi qosra biss. Dawn jinkludu wkoll abbrevjazzjonijiet u terminoloġija li jistgħu jiġu mifhuma biss mill-persunal mediku. It-tradutturi mediċi speċjalisti tagħna jiżguraw li dawn il-karti jkunu jistgħu jinqraw u jinftiehmu faċilment fi kwalunkwe lingwa li inti tagħżel.

Dokumenti tal-Assigurazzjoni Medika

Il-klijenti jpoġġu s-saħħa u l-benesseri tagħhom f’idejk meta jeħtieġu traduzzjonijiet għall-assigurazzjoni medika. It-traduttur tagħna b’esperjenza fl-assigurazzjoni jista’ jħaffef il-proċess u jippermettilek tipprovdi appoġġ malajr u preċiż lill-klijenti tiegħek meta jkunu jinsabu fl-aktar mument vulnerabbli tagħhom.

mtmt>en

We use cookies and may also make use of your personal data in order to enhance your experience. By using this site you agree to our Privacy Policy. Please take the necessary time to read and understand its contents. More Info

The cookie settings on this website are set to "allow cookies" to give you the best browsing experience possible. If you continue to use this website without changing your cookie settings or you click "Accept" below then you are consenting to this.

Close