Karrieri


Minħabba d-domanda dejjem tikber madwar id-dinja għal servizzi tal-lingwa ta’ kwalità, GTS kontinwament teħtieġ tradutturi professjonali u b’talent u lingwisti b’ħiliet lingwistiċi speċifiċi biex jingħaqdu mat-tim internazzjonali tagħna.
Il-politika stretta ta’ reklutaġġ tagħna tispeċifika li t-tradutturi kollha tagħna għandu jkollhom tal-inqas lawrja universitarja jew kwalifika ekwivalenti. Barra minn hekk, it-tradutturi huma meħtieġa jkunu kelliema nattivi tal-lingwa mira ta’ speċjalizzazzjoni u għandhom ikunu kapaċi jagħtu prova tal-għarfien eċċellenti tal-lingwa sors. Naturalment, kwalifiki relevanti fit-traduzzjoni u/jew fil-qasam ta’ speċjalizzazzjoni flimkien ma’ esperjenza preċedenti fit-traduzzjoni huma meqjusa bħala vantaġġ.
Jekk inti interessat tingħaqad mat-tim tagħna jekk jogħġbok ibgħat is-CV (format Europass) tiegħek inkluż referenzi (jekk disponibbli) u ittra ta’ akkumpanjament immotivata fuq [email protected]
L-applikazzjonijiet kollha jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali.
Bħalissa qegħdin infittxu li nżidu l-persunal tagħna u għandna l-pożizzjonijiet li ġejjin disponibbli:
TRADUTTURI INTERNI FULL TIME ĠERMANIŻ/FRANĊIŻ GĦALL-MALTI
Aħna qed infittxu tradutturi Maltin gradwati li huma kelliema nattivi sabiex jaħdmu internament fuq il-proġetti varji tal-kumpanija.
Il-kandidati għandu jkollhom:
- Lawrja ta’ baċellerat fi kwalunkwe suġġett, għalkemm lawrji fit-traduzzjoni u fil-lingwi jingħataw preferenza
- Għarfien eċċellenti tal-lingwa Ġermaniża u/jew Franċiżau għarfien fuq livell nattiv tal-lingwa Maltija
- Prova ta’ esperjenza ta’ traduzzjonijiet fil-Malti
- Għarfien eċċellenti tal-applikazzjonijiet ġenerali tal-kompjuter
- Ħila li jaħdmu taħt pressjoni u ħafna drabi bi skadenzi stretti
-U-
- TRADUTTURI TAL-ĠERMANIŻ u/jew TAL-FRANĊIŻ FREELANCE
Il-kandidati għandu jkollhom l-istess rekwiżiti tal-applikanti full-time msemmija hawn fuq. Din il-pożizzjoni toffri l-possibbiltà li taħdem mid-dar, b’ħinijiet flessibbli u remunerazzjoni tajba ħafna.
Jekk int interessat tingħaqad mat-tim tagħna jekk jogħġbok ibgħat is-CV (format Europass) tiegħek inkluż referenzi (jekk disponibbli) u ittra ta’ akkumpanjament immotivata fuq [email protected]
L-applikazzjonijiet kollha jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali.
Bħala riżultat tad-domanda dejjem tikber għal traduzzjonijiet legali, aħna dejjem infittxu TRADUTTURI LEGALI LI HUMA KELLIEMA NATTIVI TAL-MALTI biex jingħaqdu mat-tim freelance tagħna.
Il-kandidati ideali għandu jkollhom:
Lawrja universitarja fil-ligi;
- Għarfien avvanzat fil-Franċiż, fit-Taljan, fil-Ġermaniż, fl-Ingliż u/jew fl-Ispanjol;
- Għarfien sod fit-terminoloġija legali Maltija;
- Għarfien eċċellenti tal-applikazzjonijiet ġenerali tal-kompjuter;
Jekk inti interessat tingħaqad mat-tim freelance tagħna, jekk jogħġbok ibgħat is-CV Europass tiegħek, kopja tal-lawrja universitarja tiegħek u referenzi (jekk disponibbli) fuq [email protected]
Jingħata taħriġ xieraq lit-tradutturi legali magħżula kollha.
PROĠETTI TAT-TRADUZZJONI POTENZJALI – iGAMING/LOGĦOB TAL-AZZARD U SITI WEB
Global Translation Solutions qiegħda tfittex tradutturi freelance fil-qasam tal-iGaming/tal-logħob tal-azzard li għandhom talent u esperjenza minn/għal-lingwi Ewropej ewlenin kollha u li għandhom esperjenza bil-provi u passjoni għat-traduzzjoni ta’ testi relatati mal-igaming/mal-logħob tal-azzard/mas-siti web f’oqsma speċjalizzati bħall-isports, l-imħatri, il-każinos, il-poker, it-tombla, il-logħob, eċċ.
L-applikanti għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin sabiex jitniżżlu fil-lista mqassra:
– Lawrja universitarja (jew ekwivalenti);
– Mill-inqas tliet snin esperjenza fit-traduzzjoni u passjoni ġenwina għad-dinja tal-iGaming u għall-oqsma relatati;
– Esperjenza regolari fit-traduzzjoni bil-provi permezz ta’ ittri ta’ referenza minn klijenti;
– Fehim komprensiv tat-terminloġija u s-slang tal-logħob tal-azzard;
– Fehim eċċellenti bil-provi tal-lingwa sors;
– Esperjenza fil-lokalizzazzjoni ta’ testi u l-ħila li tittraduċi test b’mod attraenti fil-lingwa nattiva (u dik mira) tiegħek;
L-applikazzjonijiet jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok żur www.gts.com.mt
Global Translation Solutions issaħħaħ ir-relazzjonijiet permezz ta’ komunikazzjoni tajba. Għandek il-ħiliet u l-kwalifiki meħtieġa sabiex tingħaqad ma’ wieħed mill-aqwa timijiet imħarrġa ta’ interpreti fl-industrija tal-lingwi? Aħna dejjem infittxu individwi responsabbli, intelliġenti u professjonali bi standards etiċi għolja u li jimpenjaw ruħhom ġenwinament fl-industrija.
Sabiex tapplika, l-interpreti kollha għandu jkollhom:
- Lawrja universitarja
- Ċertifikati u/jew diplomi fl-interpretazzjoni maħruġa minn istituzzjonijiet rikonoxxuti
- Referenzi minn klijenti għal xogħol preċedenti fil-qasam tal-interpretazzjoni
Barra minn hekk, il-kandidati għandhom juru wkoll għarfien u fehim ġenerali sod tal-ġrajjiet kurrenti. Jekk int interessat tingħaqad mat-tim tagħna jekk jogħġbok ibgħat is-CV (format Europass) tiegħek inkluż referenzi (jekk disponibbli) u ittra ta’ akkumpanjament immotivata fuq [email protected]
L-applikazzjonijiet kollha jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali.
Aħna qegħdin infittxu tradutturi mill-Pollakk, id-Daniż u n-Netherlandiż għall-Ingliż għal proġetti li għandna għaddejjin bħalissa.
Rekwiżiti għall-preselezzjoni:
1) Lawrja universitarja;
2) Għarfien tal-Ingliż (tar-Renju Unit) fuq livell nattiv;
3) Esperjenza bil-provi fit-traduzzjoni ta’ testi tekniċi;
4) Konferma ta’ disponibbiltà regolari;