Li twettaq negozju fi swieq barranin jista’ jkun ta’ sfida. Swieq barranin bħal dawn jeħtieġu bosta adattamenti għal lingwi, drawwiet u kulturi differenti. Għaldaqstant, il-komunikazzjoni tat-ton, l-istil u l-lingwa korretti hija essenzjali sabiex negozju jkollu suċċess. Kemm jekk qed tindirizza lill-klijenti jew lill-fornituri f’pajjiżi barranin, kif ukoll jekk qed tattendi laqgħa dwar in-negozji internazzjonali jew tikteb ittri ta’ negozju f’lingwa oħra, GTS issib il-kliem xieraq għalik.
Aħna ħloqna s-servizzi ta’ konsulenza tal-lingwa tagħna sabiex ngħinu lill-organizzazzjonijiet jirnexxu fl-isforzi internazzjonali tagħhom. Meta tqabbad lilna, aħna nidentifikaw il-bżonnijiet tal-lingwa tiegħek u nidentifikaw l-oqsma speċifiċi li għandhom bżonn titjib. Is-servizzi tagħna jinkludu wkoll l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ komunikazzjoni multilingwistiċi u l-provvista ta’ korsijiet ta’ taħriġ magħmulin apposta lill-persunal tiegħek.
L-esperti tal-lingwa nattiva tagħna għandhom snin ta’ esperjenza fl-industriji li ma jistgħux ikomplu mingħajr servizzi tal-lingwa, bħal dawk finanzjarji, tal-kummerċjalizzazzjoni, legali, fil-qasam tal-manifattura, governattivi u fil-qasam tal-farmaċewtika. Aħna għandna għarfien sod ’ħafna lingwi u għandna passjoni għal-lingwi, il-kultura u t-taħriġ. Aħna nkunu kuntenti ngħinuk sabiex tilħaq il-miri tiegħek billi niksbu l-ogħla livell fil-lingwa tal-klijenti jew l-imsieħba tan-negozju u l-fornituri tiegħek.
fast-track