Kelmtejn dwar
il-GTS

Global Translation Solutions

GTS ilha tipprovdi servizzi tat-traduzzjoni umana minn Jannar tal-2004. Mill-inkorporazzjoni tagħna, aħna Ilna nipprovdu servizzi tat-traduzzjoni, ta’ interpretazzjoni, servizzi tal-lingwa professjonali ta’ livell għoli oħra lil klijenti madwar id-dinja mill-inkorporazzjoni tagħna.

Sa mill-bidu, mill-bażi tagħna f’Malta u permezz tan-network dejjem jikber tagħna ta’ professjonisti u fornituri tas-servizzi tal-lingwa madwar id-dinja, aħna żviluppajna ċiklu tat-traduzzjoni ċċertifikat permezz tal-ISO 9001:2015 u tal-ISO 17100:2015, u ttraduċejna aktar minn 60 miljun kelma f’aktar minn 200 kombinazzjoni lingwistika differenti. Għandna network ta’ kollaborazzjoni estensiv ma’ fornituri tas-servizzi tal-lingwa ewlenin madwar l-Ewropa u l-Amerka ta’ Fuq, u għandna bażi ta’ tradutturi attiva ta’ aktar minn 600 traduttur gradwat li jaħdmu bil-lingwa materna.

GTS hija membru kburi tal-Association of Translation Companies (ATC), tal-American Translators’ Association (ATA), tal-Globalization and Localization Association (GALA) u tal-European Language Industry Association (ELIA).

Aħna Noffru

TRADUZZJONI

INTERPRETAZZJONI

QARI TAL-PROVI

SERVIZZI F’SETTURI SPEĊJALIZZATI

Aħna nipprovdu wkoll servizzi tal-lingwa professjonali f’diversi setturi speċjalizzati, inkluż proċedimenti legali u tal-qorti, is-setturi tal-farmaċewtika, tal-mediċina, tat-tbaħħir u tal-avjazzjoni, tal-proprjetà intellettwali, tas-servizzi bankarji u finanzjarji, tad-dokumentazzjoni tal-proprjetà immobbli u tal-logħob online. Aħna nispeċjalizzaw ukoll f’servizzi tat-traduzzjoni ta’ siti web u ta’ lokalizzazzjoni.

IL-FEEDBACK TAL-KLIJENTI TAGĦNA

Nirċievu ta’ spiss feedback pożittiv mingħand il-klijenti lokali u internazzjonali tagħna li jqisu s-servizzi tagħna kosteffikaċi kemm bil-mod ta’ kif immexxu l-proġetti kif ukoll mill-approċċ flessibbli li bih nittrattaw il-proġetti lingwistiċi, b’tali mod li nagħtu prijorità assoluta lill-ħtiġijiet tal-klijenti tagħna, fuq kull ħaġa oħra, irrispettivament mill-kobor u l-volum tal-proġett partikolari.

Żomm kuntatt

Jekk tixtieq tiddiskuti xi proġetti futuri mal-maniġers tal-proġett tagħna jew tixtieq titgħallem aktar dwar kif taħdem magħna, tiddejjaqx tikkuntattjana!
mtmt>en

We use cookies and may also make use of your personal data in order to enhance your experience. By using this site you agree to our Privacy Policy. Please take the necessary time to read and understand its contents. More Info

The cookie settings on this website are set to "allow cookies" to give you the best browsing experience possible. If you continue to use this website without changing your cookie settings or you click "Accept" below then you are consenting to this.

Close