Assigurazzjoni tal-Kwalità
GTS hija aġenzija tat-traduzzjoni ewlenija bbażata f’Malta li tipprovdi traduzzjonijiet multilingwi ta’ kwalità professjonali u servizzi tal-lingwa oħra lil tipi differenti ta’ klijenti.
GTS tadotta sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità bbażata fuq ir-rekwiżiti ta’ SM EN ISO 9001:2015 u SM EN ISO 17100:2015.
GTS stabbilixxiet l-objettivi strateġiċi li ġejjin li jridu jintlaħqu permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità tagħha:
Eċċellenza
Il-membri tat-tim ta’ GTS huma fanatiċi tal-lingwi u perfezzjonisti; għaldaqstant, jistinkaw kontinwament biex jintlaħqu l-ogħla standards ta’ kwalità.
Affidabilità
GTS iżżomm il-wegħdiet u temmen f’relazzjonijiet onesti u trasparenti mibnija fuq il-fiduċja reċiproka.
Flessibilità
GTS tagħmel kull sforz sabiex tifhem il-bżonnijiet tal-klijent u tipprovdih b’soluzzjonijiet imfassla għar-rekwiżiti tiegħu.
Responsabilità Soċjali Korporattiva
GTS hija impenjata sabiex tappoġġja l-kultura, l-arti u l-isports filwaqt li tirrispetta l-ambjent naturali, il-wirt storiku u kull tip ta’ diversità. Aħna ħdimna b’diliġenza sabiex inwettqu n-negozju b’mod miftuħ, onest u etiku, u sabiex insegwu l-kodiċi tal-etika tal-kumpanija tagħna fil-prattiki ta’ negozju kollha tagħna.
Riżorsi
L-aktar lingwist adegwat jintgħażel għax-xogħol fuq il-bażi tar-rekwiżiti tal-ISO 17100:2015, billi jiġu kkunsidrati l-kompetenza akkademika, il-kompetenza u l-affidabilità.
Aħna nimpenjaw ruħna sabiex nipprovdu t-taħriġ u l-istruzzjonijiet kollha neċessarji sabiex niżguraw prestazzjoni impekkabbli tax-xogħlijiet relatati fil-perjodu ta’ żmien maqbul.
Kwalità
Aħna nistinkaw sabiex intejbu b’mod kontinwu s-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità u l-ġestjoni ġenerali ta’ GTS f’termini tal-istandards tal-ISO tagħna. Aħna kontinwament inrawmu l-kultura ta’ kwalità tajba u titjib kontinwu fost il-persunal intern u estern tagħna.