Skont il-Harvard Business Review, aktar minn 70% tal-konsumaturi jqattgħu l-biċċa l-kbira tal-ħin tagħhom jew il-ħin kollu tagħhom fuq siti web bil-lingwa tagħhom. Sit web multilingwi huwa mezz eċċellenti biex tippromwovi n-negozju tiegħek fi swieq ġodda, kemm jekk l-objettiv tiegħek ikun li żżid il-bejgħ, iżżid il-viżibilità jew inkella li tinvolvi ruħek ma’ udjenza usa’.
GTS toffri traduzzjonijiet ta’ siti web u ta’ testi tal-web f’diversi lingwi skont is-suq u l-udjenza fil-mira tiegħek. It-tim tagħna ta’ tradutturi professjonali li huma wkoll kelliema nattivi huma esperti f’elementi differenti tat-traduzzjonijiet ta’ siti web u jagħtu attenzjoni lill-eżattezza, l-istil, l-adegwatezza kulturali u l-konnotazzjonijiet lingwistiċi. Aħna noffru servizz komprensiv imfassal għall-ħtiġijiet u l-objettivi kummerċjali tiegħek.
siti web

