Traduzzjonijiet għall-Gvernijiet u l-NGOs

Il-lingwa tas-settur pubbliku hija taħwida ta’ kliem bombastiku, abbrevjazzjonijiet u akronimi. Id-difiża, id-diplomazija, is-sostenibilità, il-kummerċ u s-servizzi soċjali kollha jiddependu fuq l-eżattezza u l-metikolużità tal-informazzjoni. Aħna nispeċjalizzaw fit-traduzzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ dokumenti, għall-gvernijiet, għall-awtoritajiet lokali u għall-NGOs.

Aħna nifhmu l-importanza tas-sigurtà u tas-sensittività fil-każ tal-immaniġġjar ta’ informazzjoni governattiva, għalhekk aħna nirrispettaw l-ogħla standards ta’ kunfidenzjalità. Il-professjonisti tagħna b’esperjenza fil-lingwa nattiva huma disponibbli meta jkun meħtieġ.

Liema dokumenti Governattivi u ta’ NGOs jistgħu jiġu tradotti?

Lokalizzazzjoni ta’ Siti Web

Permezz tas-servizzi ta’ lokalizzazzjoni tas-siti web tagħna, is-sit web tiegħek jiġi adattat għal-lingwa u l-kultura lokali tal-pajjiżi fil-mira tiegħek. It-traduzzjonijiet sensittivi għall-kulturi tagħna jiksbu t-ton korrett.

 

Branding u Dokumentazzjoni tal-Avvenimenti

Il-konferenzi u avvenimenti speċjali oħrajn huma essenzjali għall-aġenziji tal-gvern u għall-NGOs sabiex iniedu inizjattivi u networks. Kun żgur li l-branding tiegħek u materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni ieħor ikunu jistgħu jinftiehmu faċilment fil-lingwi tal-parteċipanti.

Komunikazzjonijiet Online u Stampati

Il-komunikazzjonijiet online u offline huma mezzi b’saħħithom sabiex taqbad mad-donaturi, mal-imsieħba u ma’ partijiet interessati oħrajn kif ukoll sabiex tinformahom. Jekk inti ma tifhimhomx bis-sħiħ, mhux se jirnexxilek tikkomunika l-messaġġ tiegħek.

Riċerka u Rapporti

Ir-riċerka u r-rapporti jipprovdu ħafna informazzjoni rilevanti u importanti dwar l-organizzazzjoni tiegħek. Traduzzjonijiet mhux eżatti u li jwasslu għal konfużjoni jqiegħdu n-negozju tiegħek f’riskju.

Dokumenti Legali/Diplomatiċi

Aħna nagħmlu l-almu tagħna sabiex nifhmu l-kuntest legali, politiku u kulturali tat-testi għat-traduzzjoni sabiex nagħtu garanzija li l-impatt legali, politiku, jew kulturali ma jintilifx fit-traduzzjoni. Barra minn hekk, it-testi diplomatiċi spiss jattiraw l-attenzjoni tal-pubbliku u tal-midja. L-iċken żball fit-traduzzjoni jista’ jkollu konsegwenzi politiċi sinifikanti.

Offerti ta’ Prezz, Offerti u Akkwist

L-approċċ tagħna għal dokumenti ta’ offerti ta’ prezz, offerti u akkwist huwa bbażat fuq l-eżattezza u l-kompetenza. Jekk l-offerti ta’ prezz tiegħek jeħtieġ li jiġu tradotti f’lingwi differenti, aħna nistgħu ngħinu permezz ta’ traduzzjonijiet mingħajr difetti u fidili li jistgħu jgħinu lin-negozju tiegħek jikber.

mtmt>en

We use cookies and may also make use of your personal data in order to enhance your experience. By using this site you agree to our Privacy Policy. Please take the necessary time to read and understand its contents. More Info

The cookie settings on this website are set to "allow cookies" to give you the best browsing experience possible. If you continue to use this website without changing your cookie settings or you click "Accept" below then you are consenting to this.

Close