Itlob stima għall-proġett tat-traduzzjoni tiegħek u aħna nwiġbuk mill-ewwel!

Aġenzija tat-traduzzjoni professjonali b’differenza

It-traduzzjoni ma tikkonsistix sempliċement fil-konverżjoni ta’ test minn lingwa għal oħra. Aħna naħdmu qatigħ sabiex nifhmu l-ħtiġijiet tal-klijenti tagħna biex il-kontenut jiġi rifless b’mod leali u korrett u jiġi pprovdut servizz olistiku li jmur lil hinn mis-sempliċi riproduzzjoni ta’ testi fil-lingwa mira. Aħna kburin li aħna sensittivi għall-ħtiġijiet u l-limiti tal-ħin tal-klijenti tagħna.

Traduzzjonijiet ta’ Siti Web

Ilħaq lill-klijenti tiegħek kull fejn ikunu fid-dinja bi traduzzjonijiet preċizi u kosteffettivi. Is-servizz komprensiv tagħna se jappoġġja l-preżenza online tiegħek permezz tat-traduzzjoni ta’ paġni web, siti multilingwi ta’ WordPress, dokumenti u fajls li jidhru fuq is-sit web tiegħek, ħolqien ta’ kontenut lokalizzat u SEO multilingwi.

Rapporti & Awditi Annwali

Fejn huma involuti partijiet interessati jew investituri internazzjonali, il-komunikazzjoni għandha tkun ċara u sistematika. Aħna nistgħu nipprovduk b’servizz tat-traduzzjoni preċiż u sikur tar-Rapporti u l-Awditi għal rapporti ta’ kull sena, ta’ kull sitt xhur, ta’ kull tliet xhur u aktar. Il-grupp magħżul tagħna ta’ speċjalisti se jikkunsidraw il-ħtiġijiet ta’ traduzzjoni u lokalizzazzjoni kollha tiegħek.

Dokumenti Personali

Aħna nipprovdu traduzzjonijiet legali u b’apostilla ta’ kull tip ta’ dokumenti personali li jvarjaw minn passaporti u viżi għal applikazzjonijiet għal self u dokumenti mediċi. L-informazzjoni kollha hija tradotta minn bniedem 100% u tinżamm sikura u kunfidenzjali.

Dikjarazzjonijiet Finanzjarji

Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji huma dokumenti importanti li jipprovdu għarfien dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tan-negozju. Jekk tintilef informazzjoni finanzjarja importanti fit-traduzzjoni, dan jista’ jwassal għal ħafna problemi għall-kumpanija. Aħna naċċertaw ruħna li t-tradutturi jkollhom esperjenza u għarfien adegwati sabiex jifhmu l-isfond tat-terminoloġija finanzjarja u tan-negozju ta’ tali dokumenti.

Vidjo u Multimidja

Billi l-industriji tad-divertiment u tal-midja dejjem qed ifittxu li jattiraw klijenti minn swieq barra mill-pajjiż, u minħabba ż-żieda konsiderevoli fl-użu ta’vidjos sabiex jattiraw u jinvolvu l-klijenti online, kien hemm żieda fid-domanda għas-servizzi ta’ sottotitolar, voice-over, doppjaġġ u lip synching. Kellimna u mmexxuk f’dak li għandek bżonn.

SEO, PPC, Keywords

Sabiex tikkompeti b’mod effettiv fuq l-Internet u sabiex tkun verament internazzjonali, għandek tkun ċert li l-SEO (ottimizzazzjoni tal-magna tat-tiftix) multilingwi u l-kampanji PPC (pay-per-click) multilingwi tiegħek ikunu ottimizzati sabiex jidhru ma’ tal-ewwel fir-riżultati tat-tiftix f’kull suq u f’kull lingwa li għandek fil-mira tiegħek.

Traduzzjonijiet ta’ Prodotti

Filwaqt li jitqies is-sentiment tad-ditti, it-tradutturi professjonali tal-lingwa tagħna jiżguraw li d-deskrizzjonijiet u l-katalgi tal-prodotti tradotti jgħaddu l-impressjoni u t-tifsira oriġinali li huma ppjanati għalihom. Tkellem mal-udjenza tiegħek bil-lingwa tagħhom.

Bloggs u Artikli

GTS għandha tim ta’ tradutturi li huma esperti fis-suġġett f’firxa wiesgħa ta’ dixxiplini, inklużi dawk tax-xjenza, legali, dik medika, u tal-kummerċjalizzazzjoni. Ikunu xi jkunu l-qasam jew il-ġeneru, aħna nistgħu nipprovdulek traduzzjonijiet esperti u ta’ kwalità għolja għall-bloggs u l-artikli tiegħek u ngħinuk tilħaq udjenzi multilingwi.

Servizzi ta’ Reviżjoni tat-Traduzzjonijiet

Flimkien mal-portafoll tas-servizzi tagħna tat-traduzzjoni u tal-lingwa, aħna nirrakkomandaw element addizzjonali ta’assigurazzjoni tal-kwalità minbarra l-kontrolli li huma inklużi mas-servizzi tagħna.

mtmt>en

We use cookies and may also make use of your personal data in order to enhance your experience. By using this site you agree to our Privacy Policy. Please take the necessary time to read and understand its contents. More Info

The cookie settings on this website are set to "allow cookies" to give you the best browsing experience possible. If you continue to use this website without changing your cookie settings or you click "Accept" below then you are consenting to this.

Close