Qed issibha diffiċli biex tegħleb l-ostakli lingwistiċi u twessa’ l-komunikazzjoni tan-negozju tiegħek?
Informa ruħek dwar is-servizzi ta’ interpretazzjoni tagħna.
In-negozju ewlieni tagħna huwa t-traduzzjoni...
Għand GTS ma nittraduċux biss il-kliem li ttina. Aħna nagħmlu l-almu tagħna u nittraduċu u nadattaw il-messaġġ għall-udjenza maħsuba tiegħek. Dan huwa approċċ olistiku li huwa integrat b’mod attiv mat-tifsira tal-kontenut tiegħek u japprezza kwalunkwe kwistjoni kulturali u d-dettalji tal-lingwa mira. Aħna niżguraw li l-messaġġ tiegħek jinftiehem b’mod ċar irrispettivament mill-format.
Trid torganizza laqgħa, konferenza, seminar, jew simpożju multilingwi? Biex tindirizza l-isfidi tal-lingwa u dawk kulturali tal-parteċipanti, GTS tipprovdi interpretazzjoni simultanja tal-konferenzi għal avvenimenti ta’ kull tip u daqs. Aħna għandna grupp ta’ interpreti kkwalifikati li huma residenti madwar l-Ewropa u li għandhom esperjenza f’diversi suġġetti tal-industrija bħall-farmaċewtika, l-inġinerija, it-teknoloġija, il-qasam legali, it-turiżmu u l-qasam tal-kummerċjalizzazzjoni. Dawn jintużaw ta’ spiss minn istituzzjonijiet internazzjonali u kumpaniji privati.
Kulma għandek tagħmel huwa li tgħidilna x’teħtieġ, u aħna nqabbdu l-aħjar tim possibbli ta’ interpreti sabiex niżguraw li l-messaġġi, il-konverżazzjonijiet, u d-diskorsi jiġu ppreżentati b’eżattezza sħiħa lill-parteċipanti kollha. Aħna nistgħu nipprovdu wkoll it-tagħmir.
konferenzi
Meta tkun se terġa’ torganizza laqgħa jew avveniment b’parteċipanti minn madwar id-dinja, ikkuntattjana. Aħna noffru lill-klijenti tagħna servizzi ta’ interpretazzjoni konsekuttivi f’diversi oqsma, inkluż dawk industrijali, legali, kummerċjali u tal-midja. Aħna għandna esperjenza u ksibna rispett kbir fil-qasam tagħna u nipprovdu interpreti b’esperjenza għal konferenzi stampa, intervisti, ġiti bi gwida, ġiti għal fini ta’ negozju, turiżmu, negozjati madwar mejda u aktar. Is-servizzi ta’ interpretazzjoni konsekuttivi tagħna jsegwu l-linji gwida u l-kodiċijiet tal-prattika tal-International Association of Conference Interpreters AIIC (www.aiic.org).
konsekuttivi
F’każ li ssibha impossibbli sabiex torganizza interpretazzjonijiet diretti, l-interpreti tagħna jistgħu jintlaħqu wkoll bit-telefown. Filwaqt li jkunu disponibbli b’appuntament, in-network ta’ interpreti kkwalifikati u tas-sengħa tagħna bbażati fl-Ewropa jistgħu jipprovdulek is-servizzi ta’ interpretazzjoni meħtieġa b’mod remot f’bosta oqsma bħal kwistjonijiet governattivi lokali, finanzjarji, il-qasam legali, mediku, u tal-manifattura.
telefown
Fid-dinja kummerċjali globalment konnessa tal-lum, l-ostakli lingwistiċi jistgħu jkunu l-kawża ta’ dewmien u spejjeż addizzjonali. Sabiex tiżgura li n-negozju tiegħek jopera mingħajr xkiel u b’komunikazzjoni korretta u professjonali, dur għall-interpreti esperti ta’ GTS. Aħna nispeċjalizzaw fil-provvista ta’ servizzi ta’ interpretazzjoni wiċċ imb wiċċ affidabbli u ta’ kwalità għolja f’firxa wiesgħa ta’ industriji, inkluż dawk legali, mediċi, finanzjarji u kummerċjali.
L-interpreti esperti tagħna huma kelliema nattivi kkwalifikati u għandhom il-kompetenza fis-suġġett u għarfien dwar l-industrija li inti teħtieġ. Huma jkunu disponibbli b’appuntament u b’avviż f’qasir żmien għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.
wiċċ imb wiċċ
Meta l-interpretazzjoni fuq il-post ma tkunx possibbli, jew il-ħin ikun ta’ importanza kbira, l-interpretazzjoni bil-vidjo hija għażla eċċellenti li tippermetti li ssir interpretazzjoni istantanja permezz ta’ kwalunkwe apparat li juża l-Internet. Permezz tal-interpretazzjoni bil-vidjo, inti tista’ tikseb l-istess riżultati tal-interpretazzjoni wiċċ imb wiċċ mingħajr ma jkollok spejjeż addizzjonali relatati mal-ivvjaġġar. Jekk ikollok bżonn interpretazzjoni bil-vidjo għal konferenzi, laqgħat, emerġenzi mediċi jew proċedimenti tal-qorti, int tista’ sserraħ rasek li s-servizzi ta’ interpretazzjoni bil-vidjo ta’ kwalità għolja tagħna jipprovduk b’aċċess fil-pront għal interpreti ċċertifikati f’għadd kbir ta’ lingwi.
strimjar