Is-suq tal-logħob tal-mowbajl u tal-vidjo huwa enormi, industrija globali li tiswa biljuni ta’ dollari. U qed tkompli tikber u tikber. Approfitta minn opportunitajiet ta’ negozju inkredibbli billi tara li jkollok il-kontenut tal-gaming tiegħek jiġi tradott bl-eżatt fil-lingwa nattiva tal-udjenza fil-mira tiegħek.
B’appell globali, il-logħba tal-mowbajl jew tal-vidjo li jmiss tiegħek tista’ tinfirex b’mod ferm rapidu u l-persuni jniżżluha minn kwalunkwe post fid-dinja. Global Translation Solutions għandha tim ta’ tradutturi esperti u ta’ għarfien li huma kapaċi joħolqu kontenut ta’ kwalità għolja għall-aspetti kollha tal-logħob tal-mowbajl u tal-vidjo tiegħek fil-maġġoranza tal-lingwi maġġuri u l-kombinamenti tal-lingwa. Aħna mhux biss nistgħu nittraduċu l-kontenut tal-gaming tiegħek imma aħna nillokalizzawh ukoll għal kulturi differenti. Dan jiżgura li l-logħba tiegħek tkun perfetta għal kull suq.
kuntratti


Liema dokumenti tal-Mowbajl u tal-Logħob tal-Vidjo jistgħu jiġu tradotti?
Strings tal-Android XML/tal-Apple iOS
Inti tista’ tistrieħ fuq it-tradutturi speċjalisti tagħna għal traduzzjonijiet preċiżi tad-data li tinsab fl-istrings tal-Android XML u tal-Apple iOS.
Lokalizzazzjoni tas-Siti Web
Aħna nadattaw il-kontenut tas-sit web tiegħek għal-lingwi u l-kulturi lokali tas-suq fil-mira tiegħek. Dan jirrekjedi aktar minn sempliċi traduzzjoni tat-test u jġiegħel lill-utenti jħossu li s-sit ikun ġie maħluq f’pajjiżhom.
Interfaċċa tal-Utenti
Sabiex il-logħob tiegħek ikun adattat għall-utenti ta’ udjenza internazzjonali, l-istrings tat-test bħal skrins tal-illogjar u l-għażliet tal-menù jeħtieġu jkunu f’lingwi multipli.
Kummerċjalizzazzjoni Online u Stampata
Ma’ GTS inti tista’ tikkonnettja b’mod b’saħħtu ma’ ġugaturi, imsieħba, ġurnalisti u partijiet ikkonċernati oħrajn permezz ta’ materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni li jkun fil-lingwi tagħhom. Aħna niżguraw li l-messaġġ tiegħek jinftiehem faċilment.
Manwali/Għajnuna għall-Utenti
Kultant, l-utenti jkunu jeħtieġu jikkonsultaw il-manwali tiegħek sabiex jitgħallmu kif jilagħbu l-logħob tiegħek. Serraħ rasek li permezz tas-servizzi tat-traduzzjoni tagħhna, huma jirċievu l-informazzjoni u l-assistenza kollha li jkollhom bżonn.
Logħob tan-Networks Soċjali
Meta naħsbu fil-logħob soċjali, aħna rridu nagħtu lill-utenti l-istess esperjenza, irrispettivament mil-lingwa li jitkellmu. Traduzzjonijiet ħżiena f’dan ir-rigward jagħtu lill-utent sensazzjoni ta’ artifiċjalità u jiġġeneraw skonnessjoni ġenerali mil-logħba. GTS tista’ tgħinek tilħaq l-aktar udjenza wiesgħa possibbli billi tiżgura li l-logħob tan-networks soċjali tiegħek ikunu jistgħu jinftiehmu f’lingwi multipli.