Il-kontenut huwa importanti, imma l-kuntest huwa ħafna aktar importanti.
Afda lil-lingwisti tagħna u wassal il-kontenut tiegħek aktar lil hinn fis-swieq u l-kulturi differenti.

Il-kitba ta’ testi. Dan huwa xogħolna.

Aħna nafu li l-kontenut jista’ jinbidel f’approċċ ta’ kummerċjalizzazzjoni b’saħħtu u strateġiku li jista’ jipproduċi u jamplifika informazzjoni ta’ valur, fil-ħin u bi skop. Meta jintuża sew, il-kontenut jista’ jattira u jżomm udjenza definita b’mod ċar, li finalment twassal għal azzjoni li ddaħħal qligħ mill-klijent. Minkejja dan, it-tim tagħna kkwalifikat fl-industrija jipprovdi kontenut interessanti, professjonali u uniku. Kemm jekk inti trid ittejjeb il-viżibilità tiegħek fil-magni ta’ tiftix kif ukoll jekk tixtieq tikkonnettja mal-utenti tal-midja soċjali tiegħek b’mod aktar interattiv, il-kliem korrett fi ħdan il-pjattaforma korretta se jkun ta’ benefiċċju b’mod definittiv għan-negozju tiegħek.

Kitba ta’ testi

It-tradutturi u l-kittieba tat-testi ta’ esperjenza tagħna għandhom fehim sod fil-kitba u t-traduzzjoni ta’ materjal tat-testi. Sabiex tiżgura l-aqwa kwalità, GTS tirriċerka pjanijiet u disinji għall-kontenut tiegħek sabiex tattira, tikkonverti u tagħti gost lill-qarrejja tiegħek fi ħdan kwalunkwe pjattaforma, format u mezz mixtieqa.

Kitba mill-ġdid/parafrażi

GTS tipprovdi servizzi ta’ parafrażi professjonali li jiżguraw il-manteniment u l-konsistenza tad-dokument tiegħek, mingħajr ma’ jintilef il-kuntatt mal-kontenut oriġinali. Kemm jekk ikun relatat ma’ żbalji tal-kitba, tibdiliet stilistiċi kif ukoll ma’ koeżjoni strutturali, it-tim tagħna jiżgura l-eżattezza, il-grammatika korretta u l-fluss loġiku tat-test.

Qari tal-Provi

Meta niġu għall-qari tal-provi, l-attenzjoni tagħna tingħata għat-titjib tal-eżattazza, l-istil u l-komunikazzjoni effettiva tal-materjal miktub tal-klijenti tagħna. It-tim tagħna ta’ kwalità assigurata jwettaq qari tal-provi tal-kontenut tiegħek mill-perspettiva tal-utent aħħari sabiex jiżgura li jinqara b’mod eżatt u loġiku u jiżgura li l-kontenut tiegħek jevita li jitlef il-kredibilità minħabba lingwistika mhux daqstant perfetta.

BROCHURE TAL-GTS

Il-Brochure tal-Kumpanija Tagħna

mtmt>en

We use cookies and may also make use of your personal data in order to enhance your experience. By using this site you agree to our Privacy Policy. Please take the necessary time to read and understand its contents. More Info

The cookie settings on this website are set to "allow cookies" to give you the best browsing experience possible. If you continue to use this website without changing your cookie settings or you click "Accept" below then you are consenting to this.

Close