Il-kontenut fuq l-Internet huwa ta’ importanza kbira. Il-kontenut li huwa miktub b’mod professjonali, informattiv u oriġinali huwa dak li jifred is-siti web popolari mill-bqija. L-udjenzi huma għatxana għal materjal ta’ kwalità għolja u interessanti li jżommhom attenti. Huwa jattirhom lejn siti fejn jistgħu jinbidlu fi klijenti leali. Sfortunatament, il-ħolqien ta’ kontenut konvinċenti ottimizzat għall-SEO li huwa wkoll mingħajr ebda difett grammatikali mhuwiex fil-kompetenza ta’ kullħadd. Imma tinkwetax għaliex GTS toħodlok ħsieb ta’ kollox.
B’rekord twil ta’ provvista ta’ riżultati, aħna noffru kontenut tal-kitba/tal-kitba ta’ testi li jħalli impatt qawwi u li jippermettilek tikkonnettja b’mod b’saħħtu mal-udjenza fil-mira tiegħek. Aħna nistgħu ngħinuk b’kitba ta’ testi għall-SEO, traskrizzjonijiet tal-vidjos, bullettini, deskrizzjonijiet tal-prodotti, kotba elettroniċi, stqarrijiet għall-istampa, test għal siti web uniċi u ħafna aktar.
Il-kittieba tat-test umani 100 % tagħna jistinkaw għall-eċċellenza f’kull biċċa kontenut li joħolqu: dan ifisser li inti se tirċievi kitba oriġinali, riċerkata u professjonali li tkun aqwa minn oħrajn. Għal kontenut b’saħħtu li jaħdem tassew, uża s-servizzi ta’ Global Translation Solutions.
Kitba ta’ Testi

Id-deskrizzjonijiet tal-prodotti tiegħek jistgħu jaħdmu favur jew kontra l-bejgħ. Meta xi ħadd jaqra dwar il-prodotti tiegħek għall-ewwel darba, huma l-kliem li jattirawhom. Inti użajt ħafna enerġija u għamilt ħafna sforzi għall-ħolqien jew l-akkwist tal-prodotti; għaldaqstant kun żgur li dan ma jintilifx minħabba testi li huma miktubin ħażin. Hu x’inhu dak li tbigħ, inti għandek bżonn tiżgura li d-deskrizzjonijiet ikunu konvinċenti, iħajru lil dak li jkun u ottimizzati għall-SEO. Huma jtejbu l-esperjenza tal-kljient, jagħmlu s-sit tiegħek jidher tajjeb, jiġbdu klijenti ġodda u jżidu l-konverżjonijiet.
Il-kittieba professjonisti għand GTS għandhom il-kompetenza, l-għarfien u l-esperjenza sabiex jiktbu deskrizzjonijiet tal-prodotti li jagħtu spinta lill-bejgħ. Aħna nifhmu x’hemm bżonn sabiex noħolqu deskrizzjonijiet li jenfasizzaw perfettament il-karatteristiċi u l-benefiċċji tal-prodotti li qed tbigħ. Aħna noffru kontenut irfinat, uniku, informattiv u xieraq għall-SEO sabiex tipperswadi lill-klijenti jikklikjaw fuq il-buttuna ‟żid fil-karretta”. Kull deskrizzjoni li tiġbed l-attenzjoni tgħaddi minn stadju rigoruż ta’ qari tal-provi u editjar sabiex tkun ċert li inti tirċievi test korett mingħajr ebda żball grammatikali.
Prodott


Kif imsemmi hawn fuq, l-utenti tal-Internet iħobbu kontenut tajjeb ħafna iżda x’inhu jiġri madwar l-użu indispensabbli tal-magni ta’ tfitix? Wieħed mill-aktar modi effettivi sabiex tattira aktar traffiku lejn is-sit web tiegħek u titla’ aktar fil-klassifikazzjonijiet tal-magni ta’ tiftix huwa billi taġġorna s-sit web tiegħek b’mod kontinwu bi bloggs jew artikli informattivi u ta’ involviment. Dan huwa mod affordabbli u effiċjenti sabiex tkun tista’ ttella’ l-profil tiegħek u testendi l-firxa tiegħek. Ħalli lit-tim tagħna ta’ kittieba professjonali magħżula bir-reqqa joħolqu posts tal-bloggs jew artikli li huma rilevanti, riċerkati sew u li jħallu impatt b’saħħtu għalik. Mhux biss se jiktbu xogħlijiet li jkunu ta’ interess għall-udjenza fil-mira tiegħek, iżda jistgħu jissuġġerixxu ideat għal suġġetti għalik ukoll. Il-kittieba tagħna ġejjin minn sfondi differenti li jkopru varjetà ta’ dixxiplini u ġeneri.
Fost l-oqsma ta’ speċjalizzazzjoni li nkopru hemm l-arti u d-divertiment, il-ħwejjeġ u l-moda, il-kummerċ elettroniku, il-finanzi, il-kura tas-saħħa, il-qasam legali, il-lingwistika, l-istil ta’ ħajja, il-kummerċjalizzazzjoni, l-isports, it-teknoloġija u l-ivvjaġġar. Kemm jekk inti trid kontenut ta’ kuljum, ta’ kull ġimgħa jew ta’ kull xahar, ħalli l-kliem tagħna jgħinuk sabiex tikkonettja mas-swieq fil-mira tiegħek u tilħaq swieq ġodda wkoll.
Bloggs
Sakemm inti ma jkollokx kontenut li jkun miktub sew, ma tistax tistenna li tikseb l-esponiment li trid mal-udjenza fil-mira tiegħek. B’daqstant kumpaniji li jikkompetu u li joffru servizzi simili għal dawk tan-negozju tiegħek, inti għandek biss ftit sekondi sabiex tagħti impressjoni impekkabbli meta l-klijenti prospettivi jżuru s-sit web tiegħek. Dan huwa fejn jidħol il-kontenut miktub b’mod eċċellenti. Ikseb il-kitba ta’ kwalità għolja u interessanti li għandek bżonn mill-kittieba esperti fis-suġġett għand GTS. It-timijiet eċċezzjonali tagħna jkopru firxa wiesgħa ta’ dixxiplini fl-industrija u huma lesti sabiex joħolqu l-kontenut perfett għall-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tiegħek.
Aħna ngħinuk tgħid l-istorja tan-negozju u l-marka tiegħek sabiex il-klijenti jsiru jafuk aktar u jħossuhom komdi jikru jew jixtru mingħandek. Is-servizzi eċċezzjonali tagħna fil-kitba ta’ kontenut tas-siti web jinkludu servizzi għall-paġni ta’ destinazzjoni, paġni ta’ destinazzjoni lokali u editjar tat-testi. Kull paġna tkun mingħajr ebda żball grammatikali, 100% oriġinali u taġixxi bħala t-tieqa tiegħek lejn id-dinja li ma jkollha l-ebda kompetitur.
Sit Web


Skopri kif Global Translation Solutions tista’ tagħmel differenza kbira għall-kumpanija tiegħek permezz tas-servizzi komprensivi ta’ materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni offline u online tagħna. Minn fuljetti, opuskoli u poste5rs għal immarkar, konverżjonijiet tas-siti web u kummerċjalizzazzjoni permezz tal-midja soċjali, aħna nistgħu ngħinuk issib klijenti ġodda, iżżid l-għarfien dwar dak li tagħmel u tikber bħala marka. It-tim multilingwi tagħna ta’ kittieba bi sfondi, ħiliet u esperjenzi differenti jiżguraw li l-materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni tiegħek jiġbed l-interess u l-attenzjoni. Dan jgħinek tiżviluppa preżenza b’saħħitha barra pajjiżek permezz ta’ messaġġi kreattivi u b’saħħithom li jitkellmu l-lingwi tal-udjenzi fil-mira tiegħek. Għand GTS, inti se ssib tim ta’ esperti b’għarfien fil-kummerċjalizzazzjoni lesti li jipprovduk b’pariri u soluzzjonijiet siewja li jħallu impatt. Dak kollu li nagħmlu huwa bbażat fuq ħsieb strateġiku u snin ta’ esperjenza. Ħallina naħdmu flimkien sabiex niksbu r-riżultati li tixtieq.
Kummerċjalizzazzjoni